Gavin Muscat Luxol li kienu b’żewġ gowls minn taħt, irnexxielhom jegħlbu lil Swieqi bl-iskor ta’ 9-2. B’dan ir-riżultat it-tim minn St. Andrews kompla jsaħħaħ postu waħdu f’ras il-klassifika, b’punti massimi wara għaxar logħbiet konsekuttivi. Kienet logħba ferm mistennija miż-żewġ timijiet li qed ikollhom prestazzjoni tajba ħafna matul dan l-istaġun. Swieqi marru fil-vantaġġ permezz ta’ Andre [...]
↧